Introduzzjoni

Verżjoni Vidjo: Introduzzjoni

Il-Mulej jgħidilna: “Kunu qaddisin, għax qaddis jien.” (1 Pietru 1, 15-16)

legiao-de-maria-todos-os-santos.jpgF’dan is-sit dwar il-Qaddisin, li se jkompli jinbena bil-mod il-mod, se tkunu tistgħu issibu:

Qaddis għal kuljum tas-sena:

  • Tagħrif dwar qaddis jew qaddisa,
  • Kitbiet, rakkonti u dokumenti relevanti,
  • Ħsieb li jgħinna nfasslu ħajjitna fuq l-eżempju ta’ ħajjithom,
  • Talba addattata,
  • Testi bl-Ingliż, fosthom mill-Kiwipedia għal min ikun jixtieq japprofondixxi r-riċerka tiegħu,
  • Vidjos relevanti b’informazzjoni u/jew filmati tal-qaddis jew qaddisa, u
  • Ġieli anki xi links għal siti oħra relatati u ta’ interess.

Se nkunu qed nippruvaw inwieġbu għal dawn il-mistoqsijiet:

  • Min kienu l-Qaddisin?
  • Kif ikkonvertew u għexu?
  • Kif influwenzaw lin-nies ta’ żmienhom?
  • X’bidliet ġabu?
  • X’wirt ħallew warajhom?
  • X’tagħlim u x’eżempju jagħtuna?
  • Għaliex il-Knisja Kattolika Rumana tpoġġihom bħala mudelli għalina?
  • Liema hu l-aħjar mod kif nistgħu nuruhom il-qima tagħna?
  • Għaliex nistgħu nitolbuhom in-neċessitajiet tagħna?
  • Kif nistgħu napplikaw l-eżempji sbieħ li ħallewlna, fil-ħajja komuni tagħna ta’ kuljum?
  • Min jista’ jsir qaddis/qaddisa?
  • Kulħadd hu msejjaħ għal ħajja ta’ qdusija?
  • Possibli li wieħed jgħix ta’ qaddis/qaddisa fi żminijietna?

J’Alla dan is-sit iservi għall-edifikazzjoni ta’ kulħadd u bħala għodda biex wieħed jilħaq dik il-qdusija li Alla jitlob minna għall-glorja tiegħu u għall-ġid ta’ rwieħna.